Ħatra ta’ Kap Eżekuttiv ġdid ġewwa INDIS Malta

Il-Bord tal-INDIS Malta approva l-ħatra tas-Sur Keith Fenech bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid ta’ din l-entità. Is-Sur Fenech ser ikun qiegħed jieħu post il-Perit Joseph Attard li ser ikun qed iħalli din il-kariga.

Is-Sur Keith Fenech iġorr miegħu esperjenza vasta fl-immaniġġjar industrijali, kemm fis-settur privat u anke fis-settur pubbliku.

Sa mit-twaqqif tagħha fl-2016, huwa kien imexxi ic-Central Business District Foundation, li hija sħubija bejn il-Gvern u l-privat sabiex tiġi mmaniġġjata ż-żona industrijali tal-Imrieħel. Is-Sur Fenech ser jibqa’ jmexxi din il-Fondazzjoni bħala parti mit-tmexxija ta’ INDIS. Għal snin twal huwa ħadem ukoll ma’ Methode Electronics kemm Malta u anke barra, primarjament fit-titjib tal-operat.

Is-Sur Fenech jispeċjalizza f’lean manufacturing kif ukoll għandu esperjenza vasta fit-twettieq ta’ diversi proġetti lokali u internazzjonali.

Il-Bord tal-INDIS jirringrazzja lill-Perit Joseph Attard tal-ħidma tiegħu u jħares ‘il quddiem għat-twettieq ta’ aktar investimenti industrijali f’pajjiżna, sabiex l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli titkattar.

Leave a comment

Skip to content